Description
Frans Cardona minn dejjem kien ihobb jisfida l-awtoritajiet. Dejjem ghex mill-kriminalita’. Wara li spicca l-habs darbtejn minhabba l-istil ta’ hajja tieghu, il-lezzjoni mhux talli ma tghallimhiex imma talli rribella kontra l-pulizija u halef vendetta kontrihom, specjalment kontra Alfred Ellul, il-Kummissarju tal-Pulizija.
Darba minnhom, bicca negozju li ghamel Cardona tmur zmerc fl-ahhar stadju taghha, u Ellul jahtaf din l-opportunita’ tad-deheb biex jitfa’ lil Cardona l-habs ghal dejjem fl-ahhar. Minn hawn tibda pika sfrenata bejniethom biex ikissru lil xulxin. Fil-hajja kulhadd ghandu sigriet x’jahbi, u Cardona u Ellul ghandhom wiehed komuni bejniethom, li jaghmilhom izjed ghedewwa minn qabel. Il-pika ta’ bejniethom tista’ tigi ssetiljata biss fil-qorti.
Imma fl-ahhar mill-ahhar min minnhom johrog rebbieh f’din it-taqbida?