Books – Wiċċ Imb Wiċċ Mal-Verità

2.99

Out of stock

Dan ir-rumanz huwa msejjes l-aktar fuq Kelsey, tfajla ta’ hmistax-il sena li ghandha huha jbati bl-awtizmu u ssostni li qieghed ikun ta’ xkiel ghaliha. Wara l-mewt tan-nannu bdiet torqod ghand in-nanna biex ix-xwejha ma tkunx wahidha billejl. Biex tkompli taghqad in-nanna bdiet tbati bid-dimenzja u meta tilfet il-portmoni bil-flus akkuzat lil Kelsey li serqithulha hi.

Fost iz-zghazagh li maghhom tkun Kelsey hemm diversi problemi. Ir-rumanz igibna wicc imb wicc ma’ sitwazzjonijiet u burdati li jvarjaw minn dawk serji, bhad-dimenzja, l-awtizmu u d-divorzju, ghal dawk umoristici; u minn dawk ta’ niket, bhal meta tfajla minnhom tispicca f’koma, ghal dawk tad-dahq, bhac-cajtiet ta’ Jerome.

Fost iz-zghazagh jitfacca wkoll l-ewwel xrar ta’ mhabba. Niltaqghu ma’ mhabba li ma ssehhx ghax tfajla jkollha grazzja ma’ guvni li jithajjar imur patri, u nsibu mhabba ohra li tidher li se sehh.

Out of stock

SKU: 9789995746629 Categories: , , Tag: