Malti Għalina T-Tfal 4

6.50

1 in stock

1 in stock

SKU: 9789995720278 Categories: , ,

Description

Dan il-ktieb qieghed imfassal apposta biex jghinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja. Dan il-ktieb huwa grammatika f’kuntest. F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi stess. Ezattament wara s-silta hemm sezzjoni ghad-diskussjonijiet u riflessjonijiet, li l-iskop taghha hu li twassal lill-istudenti ghas-suggett grammatikali u fl-istess waqt tghin lill-istudenti jitghallmu jesprimu ruhhom bla tlaqliq. Wara jkollhom it-tahrig li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmija awtoassesjar fejn it-tfal jirriflettu ftit fuq il-fatti grammatikali li ghaddew u zgur li se tghinhom jezaminaw lilhom infushom u jaraw jekk fehmux l-ispunt tal-lezzjoni. Ezattament wara, hemm tahrig supplimentari (sentenzi, ittra, taqbila, komponimenti, ecc) li jghinhom jesprimu ruhhom bil-miktub fit-tul. Fl-ahhar ta’ kull lezzjoni hemm attività li l-iskop taghha hu li l-istudenti jkabbru l-istima taghhom infushom u jitghallmu l-iskop wara certu affarijiet li jsiru fl-iskola u fil-hajja ta’ kuljum! Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-taghlim li permezz taghha l-istudenti jaghmlu revizjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliciment billi jaghtu daqqa t’ghajn lejn din il-mappa! Dan il-ktieb hu miktub minn zewg ghalliema li ggradwaw fil-Malti. Maghhom kien hemm tim ta’ ghalliema ohra minn diversi skejjel primarji u studenti tal-primarja li ghenu lill-awturi jipperfezzjonaw il-ktieb.

Fih jinkludi:

– Revizjoni tas-sillabu tat-tielet klassi tal-primarja;
– Is-sillabu kollu tar-raba’ klassi tal-primarja;
– Noti tal-grammatika;
– Ezercizzji varji ta’ livelli differenti;
– Tliet tahrig il-fehem u tliet fehim mis-smigh;
– Sezzjoni apposta, li tinhadem qabel l-ezami, biex taghmel revizjoni lill-istudenti;
– Sistema t’awtoassessjar li tghin lill-istudenti u tara ghadhomx jiftakru dak li ghaddew;
– Stampi kkuluriti li jghinu lill-istudenti u jaghtuhom gost;
– Mind maps biex jghinu lill-istudenti fil-kitba tal-komponimenti;
– Mind maps biex jghinu lill-istudenti jaghmlu revizjoni tat-topiks grammatikali;
– Simboli li vizwalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-ezercizzji.