Books – It-Tifel Taħt Is-Sodda
€13.95
Out of stock
…tax-xagħra li qridna,
u s-siġar li ħraqna,
tas-sħab li niġġisna,
u l-mewġ li dardarna;
tal-bhejjem imqattgħa,
u t-tfal li weġġajna,
tat-trabi li qtilna,
u l-kliem li ħammiġna
mhux biżżejjed
id-demm ta’ ġisimna.
“Tafu li omm it-tifel tiġri mal-irġiel?” staqsa s-Surmast. “Tafu li missieru ma kienx missieru?”
“U qatt ħsibtu xi jħoss tifel żgħir meta turih xbieha ta’ raġel imċaflas bid-demm, nofsu għarwien, bix-xewk iċarratlu l-ġilda ta’ rasu, u msammar ma’ salib?”
“Tafu kemm kellu l-wied u l-ħarrub għal qalbu qabel bnew kullimkien vilel?” staqsa mġħaddab wara ftit.
L-oħrajn iċċassaw iħarsu lejh.
“Għalhekk ġera d-demm,” qalilhom. “Għalhekk!”
Kitba ta’ Paul P. Borg
Out of stock