Description
Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek, jiggwidak u jippreparak għall-eżami tal-Malti fil-livell intermedju għall-eżami ta’ Mejju 2021 ’il quddiem. Dan il-ktieb hu miktub minn żewġ għalliema tal-Malti, li għallmu l-livelli kollha tal-MATSEC, għalhekk l-informazzjoni li fih hi ppreżentata b’mod ċar u konċiż.
Fih jinkludi:
Deskrizzjoni dettaljata tal-eżami tal-Malti intermedju;
Pariri kif tipprepara għall-eżami;
Pjan ta’ studju għall-eżami;
Pjan kif tqassam il-ħin għall-eżami;
Pariri kif twieġeb f’taħriġ il-fehem;
Mudelli tat-tweġibiet għal mistoqsijiet partikolari f’taħriġ il-fehem;
Noti fuq il-lingwistika;
Noti u kummenti analitiċi fuq il-ktieb tal-poeżija Xi Drabi Mqar Persuna ta’ Simone Galea
Noti u kummenti analitiÄ‹i fuq ir-rumanz Ħelsien ta’ Ä użè Bonnici;
Pariri kif tagħmel komponiment letterarju tajjeb;
Komponimenti letterarji mudell;
Komponimenti tal-lingwistika mudell;
5 karti mudell tal-oral tal-eżami;
5 karti mudell tal-karta tal-eżami bil-miktub;
Kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.