Description
Il-hajja bhal loghba cess. Tibda b’mossa wahda u min qed jilghab kontrik irid jaghmel ohra sakemm xi hadd jirbah. Imma x’jigri jekk minflok loghba cess ghandek il-hajja ta’ tnejn min-nies impikati bejniethom? Tnejn min-nies li hadd minnhom ma jrid icedi. X’jigri bejn Ivan u Marion li l-pika ta’ bejniethom twassalhom biex jaghmlu affarijiet li mhux bilfors huma legali jew moralment korretti? Min se jbati f’dawn ic-cirkostanzi u minn fejn tinbet din il-pika personali ta’ mibeghda bejn Marion u Ivan? Mossa wara l-ohra min-naha tat-tnejn li huma twassal biex fl-ahhar mill-ahhar jitfacca Elektrovan li jkollu jidhol fix-xena biex jirranga s-sitwazzjoni. Din hija l-istorja ta’ ragel sfortunat li kellu bzonn l-ghajnuna ta’ Elektrovan biex fl-ahhar ikun jista’ jsib ftit mistrieh.