Books – Iċ-Ċimiterju Tal-Imgħallqin – L-Ewwel Volum
€15.00
Out of stock
Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin mill-pinna ta’ Giuseppe Cumbo huwa rumanz mill-isbaħ li fih l-intriċċi, l-inganni, l-imħabba u l-vendetti ma jonqsux. Iħallik fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar u jitilfek f’dinja oħra ta’ Markiżi, palazzi u Malta tal-antik.
L-għassies li skanta jħares lejh fil-ħin li tefagħlu d-dawl f ’wiċċu, ħass ġismu jitla’ xewk xewk. Ħin bla waqt, iż-żagħżugħ poġġa riġlu fuq it-tebut, tbaxxa u reġa’ qam, xħin refa’ fuq dirgħajh il-ġisem ta’ dik il-mara. Hu beda jagħfasha ma’ sidru u jolfoq, u b’xufftejh jaħarqu nar beda jbus bħal mitluf il-wiċċ, il-għonq, id-dirgħajn u s-sider ta’ dik, li b’daqshekk fehem, li sejjer jerġa’ jagħtiha l-ħajja. “Ma stajtx insalvak! Maħbuba Giovanna tiegħi, mela tassew li m’għandix nisma’ aktar il-leħen maħbub tiegħek, ma narax iżjed il-ħelwa tbissima tiegħek. Għajnejk baqgħu magħluqin! “Darba int kont għedtli… ‘Ġorġ, jekk immut, bewsa tiegħek terġa’ tagħtini l-ħajja.’ Qum mela! Din il-bewsa rrid nistampahielek fuq xufftejk! U issa xejn! Xejn!” kompla b’leħen li jaqsam lill-qlub.
Addattat minn Charles B. Spiteri
Out of stock