Description
Id-dawl vjola li kien jara f’villa antika barra mit-tieqa tal-kamra tieghu ma baqax jarah izjed. Gabriel ma kienx baqa’ ckejken, mitluf fl-immaginazzjoni tieghu. Issa kien mitluf biss fuq il-pjanu u fuq Francesca, it-tfajla tieghu. Imma meta darba kien ghaddej minn quddiem id-dar il-vjola, kif kien ihobb jirreferi ghaliha, lemah tfajla liebsa l-iswed. Minnufih, id-dar vjola bdiet iggib maghha memorji u kapitli miftuha tal-passat li sfortunatament komplew isahhu d-dubji u l-ossessjonijiet tieghu. Imma d-dar il-vjola ma tirriflettix biss l-istorja ta’ Gabriel imma wkoll ta’ Sr Bekka. Il-kulur vjola ma kienx biss l-unika haga komuni li kien hemm bejniethom. Fid-dar il-vjola kienu jghixu wkoll l-ahwa Dylan u Danielle, zewg protagonisti fil-vjagg trasformattiv ta’ Gabriel.
In-noti fuq il-pjanu ma kinux biss noti muzikali imma talba talba ta’ fejqan mill-ossessjonijiet tieghu u mill-qawwa li hakmitu. Kienet talba ghall-kuntentizza ta’ veru. Talba iebsa imma sabiha.