Description
Kemm hi iebsa l-imhabba ghal min irid ihobb bil-qalb!
U wisq iktar hija iebsa l-firda, specjalment jekk din il-firda tkun saret ghax dahlet il-mibeghda.
F’dan ir-rakkont naraw kif id-differenza fil-klassi socjali xekklet ir-relazzjoni romantika bejn Lucija u Nardu. L-intricci u l-qtil mhuma xejn ghal min irid izomm postu fil-livelli gholja tas-socjeta’. Anke jekk bniedem mill-aghar, jittanta jiddefendi ismu bil-katina tal-flus, tal-karizma u tal-komplicita’. U sakemm tinqala holqa mill-katina, ir-rota tal-ingann tibqa’ ddur!
Imma terga’ tfegg il-qawsalla? Terga’ titkebbes il-fidi fl-imhabba? Jew l-imhabba qieghda biss fl-istejjer? ghax mhumiex reali? hrafa? u malli tasal fl-ahhar pagna ssib il-kelma Tmiem.