F’dil-gabra ta’ novelli qosra l-awtur idur mal-hajja ta’ kuljum bil-problemi taghha: l-Alzheimer u l-ewtanasja, l-istupru u l-arroganza, l-awtorita’ tar-religjon u l-ambizzjoni tal-genituri, il-pedofilja u l-ligi, l-omosesswalita u z-zwieg.
Liese ha tmut u ghandha l-Alzheimer. Zewgha Mario jsir jaf jekk kinitx veru thobbu matul hajjitha?
Il-Ministru jghid lil Silvana li dawn l-affarijiet jigru, imma zgur ma kienx bil-kunsens ta’ Amy. Kif ha jhallas ghall-arroganza tieghu?
Kif il-prostituta li giet fil-kamra ta’ Paul meta kien l-Awstralja kienet fula maqsuma ma’ bintu? U lil dik is-soru kif kien jafha?
Il-pittur Cauchi ried li xi hadd joqtlu u fl-ahhar sab ir-Ragel tax-Xadina. Sadattant jiltaqa’ ma’ mara sabiha li kien pingieha meta kien famuz u hi wkoll trid li r-Ragel tax-Xadina joqtolha?
Mara Maltija tinnamra ma’ mara Irlandiza, allura l-irgiel taghhom x’ha jaghmlu?
Jekk ragel li kien aghma ghal zmien twil jibda jara, xi jkun jixtieq li jara l-aktar?
U l-pappagall veru ha joqtluh?
Minghajr ma jnaqqas mill-gravita’ ta’ dawn is-suggetti, l-awtur izomm stil hafif, mexxej, u kultant umoristiku.
Kitba ta’ Joe Pule’