Books – Iċ-Ċimiterju Tal-Imgħallqin – It-Tieni Volum

15.00

Out of stock

Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin mill-pinna ta’ Giuseppe Cumbo huwa rumanz mill-isbaħ li fih l-intriċċi, l-inganni, l-imħabba u l-vendetti ma jonqsux. Iħallik fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar u jitilfek f’dinja oħra ta’ Markiżi, palazzi u Malta tal-antik.

Hi sfaret u għajnejha dehru jleqqu. ‘Misħut!’ qalet bejnha u bejn ruħha. Is-Sur Borg ma tilifx ċaqliqa waħda biss minn tagħha. Hu ġarrab fih innifsu ferħ bla tarf xħin raha quddiemu hekk safra u beżgħana. “Oqgħod attenta,” reġa’ qalilha hu t’ton qalil, “għax int taf biżżejjed li ma nerġa’ lura minn ebda ostaklu li nsib quddiemi! Jekk niltaqa’ ma’ xi wieħed quddiemi, matul it-triq tiegħi, jien inbattih! Sinjura, la tfixkilnix, għax xejn ma jimpedini biex nasal fl-iskop tiegħi!” “Theddidni!” qaltlu hi b’ton ta’ disprezz profond. “Ħsibt li b’hekk se tbeżżagħni? Iżda jien ma nibżax minnek, Sinjur! Iva, jien inkun ta’ ostaklu bejnek u bejn binti u naħliflek li int ma tagħmel xejn!” “Tisfidanix,” kompla hu b’leħen fgat, “għax jien ma nerġa’ lura qatt! Dawk l-ittri li għadni kemm semmejtlek u li jxandru ħwejjeġ strambi; dawk l-ittri jivvendikaw lill-bniedem li int trid tikkumbatti!” “Miżerabbli!” għajtet Adele.

Addattat minn Charles B. Spiteri

Out of stock

SKU: 9789918211289 Categories: , , Tag: