Merlin – 4.Mt

9.9517.00

– Awturi: Sharon Micallef cann & Clare Azzopardi

SKU: N/A Categories: , ,

Description

4.mt huwa t-tielet ktieb fis-serje .mt magħmul għall-istudenti tat-tielet sena fis-sekondarja. Bħall-kotba l-oħra tal-istess serje, kull taqsima titlaq minn storja jew rakkont, minn ġrajja, aħbar jew argument. Uħud huma miktubin apposta għal dan il-ktieb u xi ftit oħra huma meħuda minn kotba differenti. It-temi jvarjaw bħalma jvarjaw il-ġeneri. Marbut ma’ kull silta hemm sett ta’ mistoqsijiet li għandhom iqanqlu diskussjoni u riflessjoni.
Kull taqsima (tmienja b’kollox) se tghin lill-istudenti fil-ħiliet tal-qari (permezz tat-taħriġ il-fehem), tat-taħdit (permezz tad-diskussjoni u l-prezentazzjoni fil-klassi), tas-smigħ (permezz tal-podcast) u tal-kitba. Apparti hekk, it-taqsimiet għandhom ukoll iqajmu interess għall-għarfien kulturali li jmur lil hinn minn dak ta’ pajjizna, kif ukoll għall-għarfien grammatikali, sintattiku u ortografiku.
Dan il-ktieb għandu jgħin lill-istudenti jżommu portfolju tal-Malti, bil-kitbiet tagħhom, bil-poeżiji, bil-mistoqsijiet u t-tweġibiet, bir-riċerka dwar topiks kulturali u topiks għad-diskussjoni, bl-eżeċizzji grammatikali, bir-riflessjonijiet u l-ideat tagħhom rigward it-tagħlim tal-lingwa nattiva.

4mt xogħol għad-dar huwa maħsub għal dawk l-istudenti li għandhom għal qalbhom il-grammatika Maltija. Dawn l-eżerċizzji jitilqu kollha minn spunti grammatikali fil-ktieb 4mt. It-topiks trattati f’dan il-ktieb huma dawn: l-istat kostrutt, in-nomi astratti, in-nomi diminuttivi, in-nomi mimmati, in-nomi tal-aġent u tal-pazjent, il-verbi tal-ewwel forma, tat-tieni forma, tat-tielet forma, tal-ħames forma u tas-sitt forma, il-verbi mnisslin. Kull taqsima għandha fiha 10 eżerċizzji varjati ħafna. Permezz ta’ dan il-ktieb l-istudenti se jieħdu gost jaħdmu l-eżerċizzji tal-grammatika filwaqt li jaqraw stejjer u poeżiji interessanti miktuba apposta għal dan il-ktieb.
4mt xogħol għad-dar huwa maħsub għall-istudenti tat-tielet sena tal-iskejjel tas-sekondarja u l-attivitajiet kollha huma xierqa għall-istudenti biex ikomplu jsaħħu l-lingwa nattiva tagħhom.

Additional information

Kotba

4 Mt xogħol għad-dar, 4 Mt xogħol għal-iskola