Description
Din l-iskema ta’ qari ghal-livelli tal-primarja, mahduma fuq l-ahhar cekkjatura ufficjali, hija l-ewwel wahda ta’ din ix-xorta f’Malta u tigbor fiha fost l-aqwa awturi Maltin li kkontribwew ghal din l-iskema. Din l-iskema tigbor ukoll ghadd ta’ disinjaturi maghrufa, kemm Maltin kif ukoll barranin.
Din l-iskema tassigura:
– Varjetà ta’ qari f’dawk li huma stejjer, awturi u disinjturi flimkien ma’ tahlita ta’ kotba fiction ma’ kotba non-fiction li jghinu jkabbru l-esperjenzi ta’ qari fit-tfal.
– Varjetà ta’ livelli kemm fl-istess sena kif ukoll fuq snin differenti. Din l-iskema strutturata tkabbar il-kunfidenza fit-tfal biex jibdew jaqraw b’mod indipendenti.
– Importanza tinghata lil dak il-kliem li jintuza hafna fil-lingwa Maltija. L-iskema nbniet minn kotba b’sentenzi qosra ghal kotba b’sentenzi itwal u b’lingwagg aktar kumpless.
– Il-kotba meqjusa bhala fiction jinkludu kotba ta’ poeziji u drammi kif ukoll stejjer qosra u stejjer shah.
Din l-iskema hi mqassma f’hames livelli:
– Il-livell tal-bidu nett – isfar
– L-ewwel livell – ahdar
– It-tieni livell – blu
– It-tielet livell – orangjo
– Ir-raba’ livell – ahmar