Books – Pietru

14.95

Out of stock

il-Halliel tal-Birgu
Kitba ta’ Charles Micallef St John

Out of stock

SKU: 9789995799502 Categories: , , Tag:

Description

Fil-hemda ta’ dak il-lejl, hlief ghall-inhir gej minn fuq, Pietru kien kalm, jikkoncentra fuq li kien qed jaghmel. Ghalhekk mhux ta’ b’xejn li hass qalbu tieqaf meta minn ezatt wara rasu sema’ bhal dahk ta’ tfajla kemm kemm jinstema?.

Dar fil-pront u minnufih pogga l-pala t’idu fuq halqha sakemm bdiet taghti ‘l isfel b’rasha ghal hafna drabi, wara li qrib hafna ta’ wiccha qalilha, Jekk taghmel l-icken hoss nitfghek fl-ixkora u nitfaghha bik b’kollox f’qiegh il-bahar!? Meta halqha kien hieles u setghet titkellem, qaltlu Naf li m’ghandekx xkora, ghax ili nsegwik mit-tieqa, u mill-ewwel indunajt x’kellek fmohhok.

Induna li kienet qed titbissem lejh u ghajnejha kienu f’tieghu. Pietru ma setax jemmen lil widnejh. Rosaria nehhietlu idu u regghet b’lehen baxx, M’ghandekx ghalfejn tibza, ghax kulhadd rieqed.

Pietru ma setax ilissen kelma. Wara ftit kompliet, Imma rajtek tiela’ mal-hajt. Sthajjiltek xadina u tlabt ghalik f’qalbi biex tasal sal-bejt.