Description
Alfonso u Ines, koppja żagħżugħa miżżewġa.
Lil Alfonso jaqtgħuh b’miġnun wara li dan jinsisti li oħtu, il-Kontessa Clara, mhix vera mejta ġot-tebut u li kienet se tindifen ħajja… eventwalment ikollu raġun.
Il-Kontessa Clara u r-raġel tagħha, il-Konti Guido Rambaldi—nobbli u għani kemm jesa’ ġildu—ikunu henjin fiż-żwieġ tagħhom sa ma ittra li tiġi miżinterpretata, iġġib gwaj kbir u mhux mistenni fuq din il-koppja.
Nara, tfajla l-ġmiel tagħha li f’għajnejn in-nies tidher innoċenti u ġenwina; iżda li fir-realtà hija malizzjuża, qarrieqa u egoista, lesta tinganna lil ħaddieħor basta tikseb dak li trid hi.
Rakkont mimli suspans u taqtigħat, li mhux biss jispikkaw fih it-temi tat-tradiment u r-rivinċità , iżda jagħti wkoll deskrizzjoni preċiża tal-qawl Malti: mhux kulma jleqq hu deheb.